18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fl-4 ta’ April 2011 — Annex Customs BVBA vs Belgische Staat u KBC Bank NV
(Kawża C-163/11)
2011/C 179/21
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Annex Customs BVBA
Konvenuti: Belgische Staat u KBC Bank NV
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 450c(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif miżjud bil-punt 53 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2787/2000 (2), tal-15 ta’ Diċembru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-notifika li hija msemmija f’tali artikolu hija biss valida jekk tkun tinkludi l-ammonti eżatti li jistgħu eventwalment jintalbu mill-garanti?
(2)
L-Artikolu 450c(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif miżjud bil-punt 53 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2787/2000, tal-15 ta’ Diċembru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinħeles mill-obbligi tiegħu l-garanti li, wara li jkun irċieva n-notifika msemmija fl-Artikolu 450c(1)(a) tal-imsemmi regolament, jirċievi, f’terminu ta’ tliet snin mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, notifika li tindika ammonti differenti minn dawk li sussegwentement jintalbu mingħandu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.
(2) Regolament li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 11, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy