11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/7
Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 minn Cantiere navale De Poli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-167/11 P)
2011/C 173/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Cantiere navale De Poli SpA kumpannija fi stralċ u fi ftehim mal-kredituri (rappreżentanti: A. Abate u A. Franchi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tilqa’ l-appell intiż għall-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 u tad-deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2008 u, sa fejn ikun neċessarju u possibbli, tiddeċiedi direttament dwar il-mertu tar-rikors prinċipali;
—
sussidjarjament, tannulla u tirrinvija lill-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011, fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni, b’mod partikolari minħabba dawn ir-raġunijiet:
(a)
Difetti proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba:
—
l-interpretazzjoni teleoloġika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002, tas-27 ta’ Ġunju 2002, li jikkonċerna mekkaniżmu difensiv temporanju għall-bini ta’ bastimenti (iktar ’il quddiem “ir-Regolament MDT”) (1) sabiex jiġu identifikati l-għanijiet intiżi mill-Kunsill għall-protezzjoni tal-interessi tat-tarznari Komunitarji ppreġudikati bil-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni żleali pprattikati fit-tarznari Koreani;
—
ir-relazjoni (ġerarkija tas-sorsi) bejn ir-Regolament tal-Kunsill MDT u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (2);
—
ir-rikors għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà sabiex jiġu ddeterminati r-regoli li jirregolaw iż-żminijiet għan-notifika tal-għajnuna lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.
(b)
Ksur tad-dritt Komunitarju minħabba:
—
l-eżerċizzju, matul iż-żmien, tas-setgħa tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-għajnuna lill-Kummissjoni fil-kuntest tar-Regolament MDT;
—
l-ambitu tal-kompetenza tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-“kompatibbiltà mas-suq komuni” tal-għajnuna msemmija fir-Regolament;
—
ir-regolament tar-rapporti legali li ħarġu skont ir-Regolament wara li kien skada t-terminu ta’ effettività tiegħu (31 ta’ Marzu 2005);
—
l-applikazzjoni tal-prinċipji tat-trattament ugwali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 485
(2) ĠU L 140, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy