16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ April 2011 — Manfred Beker u Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn
(Kawża C-168/11)
2011/C 211/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Manfred Beker u Christa Beker
Konvenuta: Finanzamt Heilbronn
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni fi Stat Membru li permezz tagħha — skont ftehim dwar ħelsien minn taxxa dopjja — fil-każ ta’ persuni taxxabbli li għandhom responsabbiltà fiskali illimitata li d-dħul tagħhom minn pajjiż ieħor huwa suġġett għal taxxa li tikkorrispondi għat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul fl-Istat fejn dan id-dħul joriġina, ikun hemm tpaċija tat-taxxa barranija mat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul imposta fuq id-dħul minn dak l-Istat l-ieħor b’mod li t-taxxa nazzjonali fuq id-dħul li tirriżulta mill-istima tad-dħul taxxabbli — inkluż id-dħul barrani — titqassam proporzjonalment skont il-proporzjon li d-dħul barrani għandu mad-dħul totali — u għalhekk mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż speċjali jew straordinarji bħalma huma spejjeż personali u dawk marbuta ma’ ċirkustanzi personali u tal-familja?
Full & Egal Universal Law Academy