11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fis-7 ta’ April 2011 — Proċeduri kriminali kontra Patrick Conteh
(Kawża C-169/11)
2011/C 173/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Frosinone
Parti fil-kawża prinċipali
Patrick Conteh
Domandi preliminari
L-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ma jistax jipprovdi li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-proċedura amministrattiva ta’ ripatrijazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment iwassal għall-impożizzjoni ta’ miżuri li jillimitaw il-libertà personali, fuq il-bażi ta’ strumenti stabbiliti fid-dritt nazzjonali differenti minn detenzjoni u fl-assenza tar-rekwiżiti u tal-garanziji stabbiliti fl-imsemmija Artikoli 15 u 16, u dan meta ċ-ċittadin inkwistjoni ma josservawx ordni ta’ tneħħija maħruġa mill-awtorità amministrattiva kompetenti skont l-Aritkolu 8(3) tad-Direttiva?
(1) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98)
Full & Egal Universal Law Academy