18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ April 2011 — Maurice Robert Josse Marie Ghislain Lippens et vs Hendrikus Cornelis Kortekaas et, parti oħra: Ageas NV, li qabel kienet Fortis NV
(Kawża C-170/11)
2011/C 179/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:
Maurice Robert Josse Marie Ghislain Lippens
Gilbert Georges Henri Mittler
Jean Paul François Caroline Votron
Konvenuti:
Hendrikus Cornelis Kortekaas
Kortekaas Entertainment Marketing BV
Kortekaas Pensioen BV
Dirk Robbard De Kat
Johannes Hendrikus Visch
Euphemia Joanna Bökkerink
Laminco GLD N-A
Parti oħra: Ageas NV, li qabel kienet Fortis NV
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121), b’mod partikolari l-Artikolu 1(1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, imħallef li jixtieq jisma’ xhud li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor, għandu dejjem japplika, fil-kuntest ta’ din it-tip ta’ xhieda, il-metodi implementati mill-imsemmi regolament, jew inkella l-imħallef għandu l-fakultà li juża l-metodi fid-dritt proċedurali nazzjonali tiegħu, bħal pereżempju jħarrek ix-xhud sabiex jidher quddiemu?
Full & Egal Universal Law Academy