2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fit-8 ta’ April 2011 — Football Dataco Ltd, Scottish Premier League Ltd, Scottish Football League, PA Sport UK Ltd vs Sportradar GmbH (kumpannija rreġistrata fil-Ġermanja), Sportradar (kumpannija rreġistrata fl-Isvizzera)
(Kawża C-173/11)
2011/C 194/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Football Dataco Ltd, Scottish Premier League Ltd, Scottish Football League, PA Sport UK Ltd
Konvenuti: Sportradar GmbH (kumpannija rreġistrata fil-Ġermanja), Sportradar (kumpannija rreġistrata fl-Isvizzera)
Domandi preliminari
(1)
Meta parti taplowdja data minn database protetta mid-dritt sui generis taħt id-Direttiva 96/9/KE (1) (iktar ’il quddiem “id-Direttiva Database”) fuq il-web server ta’ din il-parti li jinsab fi Stat Membru A u bħala risposta għat-talbiet minn utent fi Stat Membru B il-web server jibgħat din id-data lill-kompjuter tal-utent sabiex id-data tinħażen fil-memorja ta’ dan il-komputer u tintwera fuq l-iskrin tiegħu
(a)
l-att li bih tintbagħat id-data huwa att ta’ “estrazzjoni” jew ta’ “użu mill-ġdid” minn din il-parti?
(b)
l-att ta’ estrazzjoni u/jew ta’ użu mill-ġdid minn din il-parti jseħħ
(i)
fi Stat Membru A biss
(ii)
fi Stat Membru B biss
(iii)
jew kemm fi Stat Membru A kif ukoll fi Stat Membru B?
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459)
Full & Egal Universal Law Academy