25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ April 2011 — CIMADE, Groupe d'information et de soutien des immigrés (GISTI) vs Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration
(Kawża C-179/11)
2011/C 186/23
Lingwa tal-kawża: il-Franciz
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CIMADE, Groupe d’information et de soutien des immigrés (GISTI)
Konvenut: Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003 (1), tiggarantixxi l-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza li hija tirreferi għalihom għall-applikanti li fir-rigward tagħhom Stat Membru li jkun irċieva applikazzjoni għall-ażil jiddeċiedi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003 (2), li jirreferi l-applikazzjoni lil Stat Membru ieħor li huwa jikkunsidra bħala responsabbli biex jeżamina din l-applikazzjoni, kemm iddum għaddejja l-proċedura ta’ teħid inkarigu jew ta’ teħid lura tal-applikanti minn dan l-Istat Membru l-ieħor?
(2)
F’każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda:
(a)
l-obbligu, impost fuq l-ewwel Stat Membru, li jiggarantixxi l-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza, jispiċċa fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni ta’ aċċettazzjoni mill-Istat li tkun saritlu t-talba, malli effettivament jittieħed inkarigu jew jittieħed lura l-applikant għall-ażil, jew f’xi data oħra?
(b)
liema Stat Membru għandu b’hekk jassumi l-piż finanzjarju biex jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza matul dan il-perijodu?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 101).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).
Full & Egal Universal Law Academy