25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/14
Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2011 minn Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-33/05, Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-181/11 P)
2011/C 186/24
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, J. Bunedía Sierra u Á. Givaja Sanz, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE [C(2004) 4030 finali] fil-Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — Spanja;
—
sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata, billi tiffissa l-ammont il-ġdid għal EUR 1 000 u, iktar sussidjarjament, fil-każ li l-multa imposta ma tkunx l-istess bħal dik imposta fuq il-produtturi, tiffissa l-ammont tagħha għal EUR 2 905 200, riżultat miksub wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis ta’ 40 % għal ċirkustanzi attenwanti sal-limitu massimu ta’ 10 % tal-volum tan-negozju, u dan bla ħsara għat-tnaqqis applikabbli sussegwentement lil Cetarsa minħabba l-kooperazzjoni tagħha fl-investigazzjoni kif rikonoxxut mill-Qorti Ġenerali.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tafferma li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-impatt tal-kuntest ġuridiku nazzjonali fuq il-legalita tal-aġir ta’ Cetarsa.
L-appellanti tafferma wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żnaturat elementi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-mument tal-ksur, li wassluha, b’mod żbaljat, li tqis li l-aġir tal-proċessuri kien iktar dannuż minn dak tal-produtturi u li bl-azzjonijiet tagħhom, il-proċessuri marru lil hinn minn dak li l-kuntest ġuridiku kien jippermettilhom.
Fl-aħħar, l-appellanti tafferma li, bid-differenza mill-bqija tal-impriżi implikati, it-tnaqqis mogħti bis-saħħa tal-inċertezza kkawżata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma kellu ebda impatt fuq il-kalkolu tal-multa imposta fuq Cetarsa.
Full & Egal Universal Law Academy