16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (Italja) fit-18 ta’ April 2011 — Econord Spa vs Comune di Cagno u Comune di Varese
(Kawża C-182/11)
2011/C 211/19
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Econord Spa
Konvenuti: Comune di Cagno, Comune di Varese
Parti oħra fil-kawża: Aspem Spa
Domanda preliminari
Il-prinċipju li jipprovdi li s-sitwazzjoni tal-korp pubbliku individwali parteċipanti fil-kumpannija ad hoc (kumpannija li twaqqfet sabiex tipprovdi ċerti servizzi muniċipali) hija rrilevanti, għandu japplika wkoll fil-każ fejn wieħed mill-komuni assoċjati jkollu sehem wieħed biss fil-kumpannija ad hoc u fejn il-ftehim tal-azzjonisti konkluż bejn korpi pubbliċi ma jkunx tali li jagħti lill-komun parteċipanti kontroll effettiv kwalunkwe fuq il-kumpannija, b’mod li l-parteċipazzjoni fil-kumpannija tista’ titqies biss bħala rappreżentazzjoni formali ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi?
Full & Egal Universal Law Academy