16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa milt-Tribunale di Treviso (l-Italja) fl- 20 ta’ April 2011 — Proċeduri kriminali kontra Elena Vermisheva
(Kawża C-187/11)
2011/C 211/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Treviso
Parti fil-kawża prinċipali
Elena Vermisheva
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed fl-Istat Membru illegalment ikun jista’ jiġi ssanzjonat b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ erba’ snin fil-każijiet fejn ma jkunx osserva l-ewwel ordni tal-Questore, u b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ ħames snin għan-nuqqas ta’ osservanza tal-ordnijiet li jirriżultaw (flimkien mal-obbligu għall-pulizija ġudizzjarja li jarrestaw lill-persuna in flagrante delicto) mis-sempliċi nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tiegħu fil-proċedura tat-tkeċċija u b’mod partikolari mis-sempliċi nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tneħħija tal-awtorità amministrattiva?
(1) ĠU 2008, L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy