30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo (Spanja) fis-27 ta’ April 2011 — Susana Natividad Martínez Álvarez vs Consejería de Presidencia, Justicia e Igualdad del Principado de Asturias
(Kawża C-194/11)
2011/C 226/19
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Susana Natividad Martínez Álvarez
Konvenuta: Consejería de Presidencia, Justicia e Igualdad del Principado de Asturias
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri f’relazzjoni mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali (bħall-Artikolu 502(4) tal-liġi qafas Nru 6/1985, tal-1 ta’ Lulju 1985, dwar setgħa ġudizzjarja) li tipprovdi, f’każ ta’ leave tal-mard matul leave annwali li jkun beda diġà, li dan tal-aħħar jista’ jiġi kkunsidrat bħala interrott biss jekk il-leave tal-mard jimplika dħul fi sptar, u għalhekk teskludi din il-possibbiltà fil-każijiet l-oħra kollha ta’ leave tal-mard, li fir-rigward tagħhom, għaldaqstant, il-leave annwali ma jistax jittieħed sussegwentement?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381
Full & Egal Universal Law Academy