25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/16
Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2011 minn Lan Airlines S.A. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-194/09, Lan Airlines, S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, S.A.
(Kawża C-198/11)
2011/C 186/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Lan Airlines S.A., (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, S.A.
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla fl-intier tagħha s-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Frar 2011 mill-Qorti Ġenerali;
—
tagħti senternza ġdida dwar il-mertu tal-kawża (l-oppożizzjoni magħmula f’waqtha minn Lan Airlines, S.A. kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja ta’ Air Nostrum għat-trade mark verbali LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRANÉO LAM) jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni dwar din tal-aħħar;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż fiż-żewġ każijiet.
Aggravji u argumenti prinċipali
Żball ta’ interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali dwar il-kontenut tal-Artikolu 8(1)(d) tar-Regolament Nru 40/94 (1) (li issa sar ir-Regolament Nru 207/09 (2)).
Ir-rikors jikkritika l-ksur mis-sentenza appellata tal-ġurisprudenza li tgħid li l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, fir-rigward tax-xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-impressjoni kollha prodotta minnhom, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-elementi distintivi u dominanti tagħhom meta dawn il-komponenti jiddominaw waħedhom l-immaġni tat-trade mark kumplessa.
Ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti ta’ din il-kawża (essenzjalment il-karattteristiċi speċifiċi tal-qasam, in-natura tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja u l-kriterju ta’ perċezzjoni tal-konsumatur ikkonċernat) fl-evalwazzjoni tal-effett reali tal-element “LAM”, li jinsab fl-applikazzjoni għal trade mark ikkontestata fil-perċezzjoni ta’ din tal-aħħar mill-konsumatur medju Spanjol.
Għar-rikorrenti, l-evalwazzjoni xierqa taċ-ċirkustanzi tal-kawża għandha twassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tirrikonoxxi li l-applikazzjoni għal trademark ikkontestata hija pperċepita, l-ewwel u qabel kollox, fir-rigward tal-akronimu “LAM”, u li titqabbel din l-applikazzjoni għal trade mark mat-trade marks tar-rikorrenti abbażi ta’ dan l-element.
Ir-rikors ippreżentat huwa bbażat fuq il-fatt li kieku l-Qorti Ġenerali kienet aċċettat dan il-punt, hija kienet tevalwa l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRANÉO LAM u t-trademarks tar-rikorrenti LAN.
(1) Regolament tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
(2) Regolament tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy