23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku (ir-Repubblika tal-Polonja) fid-9 ta’ Mejju 2011 — Grand spółka z o.o. vs Dyrektor Izby Celnej w Gdyni
(Kawża C-214/11)
2011/C 219/07
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grand spółka. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Celnej w Gdyni
Domandi preliminari
L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “regolament tekniku” li l-abbozz tiegħu għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva jkopri dispożizzjoni legali li tipprojbixxi l-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ magni tal-logħob (slot machines) b’rebħ limitat?
(1) Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).
Full & Egal Universal Law Academy