23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku fil-11 ta’ Mejju 2011 — Forta spółka z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Gdyni
(Kawża C-217/11)
2011/C 219/09
Lingwa tal-kawża: il-Polakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Forta spółka z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Gdyni
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u rregolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337, kif emendata) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni ta’ liġi li tipprojbixxi l-ħruġ ta’ awtorizzazzjonjiet relatati mal-attivitajiet ta’ logħob awtomizzat b’rebħ żgħir taqa’ taħt “regolamenti tekniċi” li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva?
Full & Egal Universal Law Academy