6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fil-11 ta’ Mejju 2011 — Észak-dunántúli Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság (Édukövízig) u Hochtief Construction AG Magyarországi Fióktelepe vs Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság
(Kawża C-218/11)
2011/C 232/23
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Ítélőtábla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Észak-dunántúli Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság (Édukövízig), Hochtief Construction AG Magyarországi Fióktelepe
Konvenuta: Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság
Intervenjenti: Vegyépszer Építő és Szerelő Zrt., MÁVÉPCELL Kft.
Domandi preliminari
(1)
Ir-rabta meħtieġa bejn il-livell minimu ta’ kapaċità previst fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) u l-Artikolu 47(1)(b) tal-istess direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità kontraenti għandha d-dritt torbot il-livell minimu ta’ kapaċità ma’ “indikatur” wieħed biss tad-dokument tal-kontabbiltà (il-karta tal-bilanċ), magħżul minnha sabiex tivverifika l-kapaċità ekonomika u finanzjarja?
(2)
F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: id-data (il-profitt/telf skont il-karta tal-bilanċ) magħżula sabiex jiġi evalwat il-livell minimu ta’ kapaċità, li l-kontenut tiegħu huwa differenti skont il-leġiżlazzjoni dwar il-kontabbiltà ta’ kull wieħed mill-Istati Membri, tissodisfa l-ħtieġa ta’ rabta imposta mill-Artikolu 44(2) tad-direttiva?
(3)
Sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi li, bla dubju, jeżistu bejn l-Istati Membri, huwa biżżejjed li l-awtorità kontraenti, minbarra d-dokumenti li tkun għażlet sabiex tivverifika l-kapaċità ekonomika u finanzjarja, tiggarantixxi l-possibbiltà li jintużaw riżorsi esterni (l-Artikolu 47(3)) jew, sabiex tiġi sodisfatta l-ħtieġa tar-rabta fil-każ tad-dokumenti kollha mitluba mill-awtorità kontraenti, għandha tiġi ggarantita l-possibbiltà li l-imsemmija kapaċità tintwera b’xi mod ieħor (l-Artikolu 47(5))?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Full & Egal Universal Law Academy