16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2011 — Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs vs Able UK Ltd
(Kawża C-225/11)
2011/C 211/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Konvenuta: Able UK Ltd
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżenta l-provvista fir-Renju Unit ta’ servizzi ta’ żmantellar ta’ bastimenti rtirati mis-servizz tal-US Navy lill-US Department of Transportation Maritime Administration f’waħda jew fiż-żewġ ċirkustanzi segwenti:
(a)
meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO li jipparteċipa fl-isforz ta’ difiża komuni jew lil persunal ċivili li jakkumpanjhom;
(b)
meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO stazzjonat jew fi żjara fir-Renju Unit jew lil persunal ċivili li jakkumpanja lil tali forzi?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy