16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Mejju 2011 — Expedia Inc. vs Autorité de la concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi, Société nationale des chemins de fer français (SNCF), Voyages-SNCF.Com, Agence Voyages-SNCF.Com, VFE Commerce, IDTGV
(Kawża C-226/11)
2011/C 211/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation (Franza).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Expedia Inc.
Konvenuti: Autorité de la concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi, Société nationale des chemins de fer français (SNCF), Voyages-SNCF.Com, Agence Voyages-SNCF.Com, VFE Commerce, IDTGV
Domandi preliminari
L-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli jsiru proċeduri kontra u milli jingħataw sanzjonijiet minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fuq il-bażi kemm tal-Artikolu 101(1) TFUE kif ukoll tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ prattiċi ta’ ftehim, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriża jew prattiċi miftiehma li jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda li ma jilħqux il-livelli stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Diċembru 2001 dwar ftehim ta’ importanza minuri li ma jirrestrinġux b’mod apprezzabbli l-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (de minimis) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8 Vol. 2 p. 125)?
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205).
Full & Egal Universal Law Academy