30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Mejju 2011 — DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat
(Kawża C-227/11)
2011/C 226/23
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat
Domandi preliminari
(1)
L-analizzaturi ta’ netwerk attivi [tat-tip J6801B] għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9030 40 jew taħt l-intestatura 9031 80?
(2)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 129/2005 (1), tal-20 ta’ Jannar 2005, huwa invalidu, sa fejn f’dan ir-regolament il-Kummissjoni, żbaljatament, ikklassifikat l-analizzaturi ta’ netwerk imsemmija fil-punti 3 u 4 taħt l-intestatura 9031 80 39 minflok ma kklasifikathom taħt l-intestatura 9030 40?
(1) Dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 955/98 (ĠU 2008 L 348M, p. 49).
Full & Egal Universal Law Academy