27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2011 — Proċeduri kriminali kontra Rareș Doralin Nilaș, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean (li qabel kienet Șchiopu), Sergiu-Dan Dascăl, Ionuț Horea Baboș
(Kawża C-248/11)
2011/C 252/26
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curte de Apel Cluj (ir-Rumanija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rareș Doralin Nilaș, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean (li qabel kienet Șchiopu), Sergiu-Dan Dascăl, Ionuț Horea Baboș
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4(1)(14) u l-Artikoli 9 sa 14 tad-Direttiva 2004/39/KE (1) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn japplikaw kemm għas-suq prinċipali ta’ kummerċ awtorizzat mill-Comisia Națională a Valorilor Mobiliare (Kummissjoni Nazzjonali tat-Titoli) kif ukoll għas-suq sekondarju ta’ kummerċ, li fl-2005 ġie inkorporata f’tal-ewwel iżda li baqa’ jitqies b’mod separat mis-suq irregolat, mingħajr man-natura ġuridika tiegħu ġiet ippreċiżata permezz ta’ dispożizzjonijiet legali?
(2)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sistemi ta’ kummerċ li ma jissodifawx ir-rekwiżiti tat-Titolu III tad-Direttiva 2004/36/KE ma jidħlux taħt il-kunċett ta’ suq irregolat?
(3)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li suq li ma ġiex innotifikat mill-awtorità nazzjonali responsabbli u li ma jinsabx fil-lista tas-swieq irregolati ma huwiex suġġett għall-qafas ġuridiku li japplika għas-swieq irregolati, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna r-regoli li jissanzjonaw l-abbuż ta’ suq fil-kuntest tad-Direttiva 2003/6/KE?
(1) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263)
Full & Egal Universal Law Academy