10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove — (ir-Repubblika Slovakka) fit-23 ta’ Mejju 2011 — Erika Šujetová vs Rapid life životná poisťovňa, a.s.
(Kawża C-252/11)
2011/C 269/41
Lingwa tal-kawża: is-slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Erika Šujetová
Konvenuta: Rapid life životná poisťovňa, a.s.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprovdu li l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni territorjali li teżamina deċiżjoni ta’ arbitraġġ hija dejjem u esklużivament il-qorti ta’ fejn tinsab is-sede tat-tribunal ta’ arbitraġġ jew ta’ fejn tiżvolġi l-proċedura ta’ arbitraġġ skont il-ftehim ta’ arbitraġġ jew il-klawżola ta’ arbitraġġ, anki fil-każ fejn il-qorti tiddeċiedi li dan il-ftehim ta’ arbitraġġ jew din il-klawżola ta’ arbitraġġ huma inġusti skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li l-qorti għandha, wara l-annullament eventwali tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, tkompli l-proċedura fuq il-mertu tal-kawża (jiġifieri, tiddeċiedi it-talbiet li huma s-suġġett tal-proċedura inizjali quddiem it-tribunal ta’ arbitraġġ) mingħajr ma terġa’ tikkunsidra mill-ġdid il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha fir-rigward ta’ din il-proċedura, filwaqt li jekk dan id-dritt jew it-talba fil-konfront tal-konsumatur ikunu tqajjmu sa mill-bidu quddiem qorti u mhux quddiem tribunal ta’ arbitraġġ, tkun il-qorti tad-domiċilju tal-konsumatur li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy