30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-26 ta’ Mejju 2011 — Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government vs An Bord Pleanala
(Kawża C-258/11)
2011/C 226/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government
Konvenut: An Bord Pleanala
Domandi preliminari
(1)
Liema huma l-kriterji legali li għandhom jiġu applikati minn awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà li pjan jew proġett, imsemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitat (1), ikollhom “effett ħażin fuq l-integrità tas-sit”?
(2)
L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni twassal sabiex tali pjan jew proġett ma jkunux jistgħu jiġu awtorizzati jekk jirriżultaw fit-telf permanenti u mhux sostenibbli tal-habitat inkwistjoni kollu jew ta’ parti minnu?
(3)
X’inhi r-relazzjoni, jekk hemm, bejn l-Artikolu 6(4) u t-teħid tad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 6(3) li l-pjan jew proġett ma humiex se jaffettwaw ħażin l-integrità tas-sit?
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)
Full & Egal Universal Law Academy