22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-27 ta’ Mejju 2011 — Dansk Funktionærforbund, Serviceforbundet għal Frank Frandsen vs Cimber Air A/S
(Kawża C-266/11)
2011/C 311/24
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dansk Funktionærforbund, Serviceforbundet għal Frank Frandsen.
Konvenuta: Cimber Air A/S
Domandi preliminari
“Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-projbizzjoni fuq kull forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tipprekludi regoli nazzjonali milli tikkonferma l-validità ta’ ftehiem kollettiv bejn kumpannija tal-ajru u l-organizzazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-piloti ta’ dik il-kumpannija, li jipprovdi għall-irtirar obbligatorja mas-60 sena, meta dik id-dispożizzjoni tal-ftehim, li kienet tapplika wkoll qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill u qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġislazzjoni nazzjonali ta’ implementazzjoni, għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjoni ġenerali ta’ kapaċità ta’ prestazzjoni mnaqqsa bl-età, mingħajr evalwazzjoni speċifika tal-kapaċità ta’ prestazzjoni individwali tal-pilota, iżda b’mod li l-pilota individwali jista’ jitlob li jitħalla jkompli l-impjieg tiegħu minn sena għall-oħra wara l-approvazzjoni minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta’ min jimpjega u tal-impjegati?”
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy