23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/12
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-274/11)
2011/C 219/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE (1);
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
(1)
Abbuż ta’ poter mill-fatt tal-użu ta’ kooperazzjoni msaħħa meta l-għan ma huwiex li tintlaħaq l-intergrazzjoni tal-Istati Membri kollha, peress li dan il-mekkaniżmu intuża biex ma jsirx negozjar ma’ Stat Membru, li fuqu ġiet imposta soluzzjoni ta’ esklużjoni u peress li l-għanijiet segwiti f’dan il-każ setgħu jintlaħqu peremzz ta’ ftehim partikolari fis-sens tal-Artikolu 142 tal-KPE (2).
(2)
Ksur tas-sistema ġudizzjarja tal-UE mill-fatt li ma ġietx prevista s-sistema ta’ deċiżjoni ta’ kawżi fir-rigward ta’ kwalifiki legali suġġetti għad-dritt tal-Unjoni.
(3)
Sussidjarjament , fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hemm lok, f’dan il-każ, li jsir użu mill-kooperazzjoni msaħħa u li l-kwistjoni tal-kwalifiki legali suġġetti għad-dritt tal-Unjoni tista’ tiġi rregolata sostantivament mingħajr ma tiġi prevista sistema ta’ deċiżjoni ta’ kawżi fir-rigward ta’ dawn il-kwalifiki, ir-Renju ta’ Spanja jqis li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kooperazzjoni msaħħa ma humiex preżenti peress li jeżistu s-segwenti motivi għal annullament:
3.1.
Ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 TUE , peress li, f’dan il-każ, il-kooperazzjoni msaħħa ma tikkostitwixxix l-aħħar mezz, ma tissodisfax l-għanijiet previsti mit-TUE u tikkonċerna oqsma esklużi mill-kooperazzjoni msaħħa, peress li dawn huma kompetenzi esklużivi tal-UE.
3.2.
Ksur tal-Artikolu 326 TFUE , peress li, f’dan il-każ, il-kooperazzjoni msaħħa tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, toħloq dannu lis-suq intern u lill-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, toħloq diskriminazzjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni bejniethom.
3.3.
Ksur tal-Artikolu 327 TFUE , peress li l-kooperazzjoni msaħħa ma tirrispettax id-drittijiet tar-Renju ta’ Spanja li ma jipparteċipax fiha.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE, tal-10 ta’ Marzu 2011, li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 76, p. 53).
(2) Konvenzjoni dwar l-għoti ta’ privattivi Ewropej tal-5 ta’ Ottubru 1973.
Full & Egal Universal Law Academy