30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-6 ta’ Ġunju 2011 — MM vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, Ireland, Attorney General
(Kawża C-277/11)
2011/C 226/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MM
Konvenuti: Minister for Justice, Equality and Law Reform, Ireland, Attorney General
Domanda preliminari
Fl-ipoteżi fejn applikant jitlob l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja wara li jkun ġie rrifjutat l-istatus ta’ refuġjat, u fejn huwa propost li tali talba tiġi miċħuda, il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mal-applikant imposta fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tobbliga lill-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru inkwistjoni li jikkomunikaw lill-applikant ir-riżultati ta’ tali evalwazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali, b’mod li jkun jista’ jirreaġixxi għall-aspetti tad-deċiżjoni proposta li tissuġġerixxi risposta negattiva?
(1) ĠU L 304, p. 2.
Full & Egal Universal Law Academy