30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/18
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-279/11)
2011/C 226/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: P. Oliver, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
—
tiddikjara li, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-66/06 Il-Kummissjoni vs Ireland, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260 TFUE;
—
tordna lill-Irlanda tħallas lill-Kummissjoni s-somma f’daqqa ta’ EUR 4 174,8 immu ltiplikata bin-numru ta’ jiem bejn id-deċiżjoni fil-Kawża C-66/06 u l-konformità tal-Irlanda ma’ din is-sentenza minn naħa jew is-sentenza f’din il-kawża min-naħa l-oħra, billi tittieħed id-data l-iktar riċenti;
—
tordna lill-Irlanda tħallas lill-Kummissjoni l-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 33 080,32 mid-data tas-sentenza f’din il-kawża sad-data li fiha l-Irlanda tikkonforma ruħha mas-sentenza fil-Kawża C-66/06; u
—
tikkundanna lil-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Madwar sentejn u nofs wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Novembru 2008, fil-Kawża C-66/06, li tiddikjara li l-Irlanda ma adottatx miżuri li jittrasponu kompletament l-Artikoli 2(1) u 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1), l-Irlanda għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din is-sentenza. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li l-Irlanda għandha tiġi kkundannata tħallas multa u pagamenti ta’ penalità sabiex tirrifletti n-natura serja ta’ dan il-ksur u l-impatt tiegħu fuq l-għanijiet tal-leġiżlatura Komunitarja.
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248)
Full & Egal Universal Law Academy