27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/18
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 minn Comap SA kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-377/06, Comap vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-290/11 P)
2011/C 252/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Comap SA (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. de Guigné, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
prinċipalment
—
tannulla, fuq il-bażi tal-Artikolu 256 TFUE u l-Artikolu 56 tal-Protokoll Nru 3 fuq l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-sentenza kollha tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011, Comap vs Il-Kummissjoni, fil-Kawża T-377/06;
—
tilqa’ t-talbiet imressqa minn Comap SA fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
konsegwentement,
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121) — Attrezzaturi) inkwantu tikkonċerna Comap SA kif ukoll il-motivi li jsostnu d-dispożittiv tagħha, inkwantu din id-deċiżjoni timponi multa fuq Comap SA.
—
sussidjarjament
—
tannulla, fuq il-bażi tal-Artikolu 261 TFUE, il-multa ta’ EUR 18.56 miljun imposta mill-Kummissjoni Ewropea fuq Comap SA, bl-Artikolu 2(g) tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq, jew tnaqqas, fuq il-bażi tal-Artikolu 261 TFUE, din il-multa għal ammont xieraq;
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti minn Comap SA quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.
Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Comap issostni l-ksur tad-dritt għal qorti indipendenti u imparzjali sa fejn l-istħarriġ magħmul mill-Qorti Ġenerali fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, istituzzjoni li għandha kemm funzjonijiet investigattivi kif ukoll ta’ sanzjoni, kien limitat għall-iżbalji manifesti ta’ dritt u ta’ fatt, mingħajr ma wettqet stħarriġ tal-ġurisdizzjoni sħiħa bbażata fuq eżami mill-ġdid tal-fatti tal-kawża, b’mod partikolari, tal-provi prodotti.
Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli tat, fil-konfront tagħha, interpretazzjoni wisq restrittiva tal-kunċett ta’ “disassoċjazzjoni pubblika” li jikser ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-liġi kriminali, stabbilit fl-Artikolu 7(1) tal-KEDB, li “jistabbilixxi li ma għandhiex tiġi applikata l-liġi kriminali b’mod wiesa’ bi ħsara għall-akkużat”. Din l-interpretazzjoni tikser ukoll il-prinċipju li jipprovdi li d-dubju għandu jkun ta’ benefiċċju għall-impriża destinatarja tad-deċiżjoni u li għandu jiġi applikat fir-rigward tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza.
Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Comap tinvoka żnaturament ta’ diversi provi li wasslu għal klassifikazzjoni ġuridika żbaljata ta’ ċerti kuntratti bilaterali bejn l-appellanti u wieħed mill-kompetituri tagħha wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni.
Permezz tar-raba’ u l-aħħar aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika fl-aħħar nett lill-Qorti Ġenerali talli naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha inkwantu hija qieset li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet b’mod legalment suffiċjenti l-parteċipazzjoni ta’ Comap fi ksur wieħed u kontinwu wara Marzu 2001.
Full & Egal Universal Law Academy