27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Staatssecretaris van Financiën vs TNT Freight Management (Amsterdam) BV
(Kawża C-291/11)
2011/C 252/33
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën.
Konvenuta: TNT Freight Management (Amsterdam) BV.
Domanda preliminari
In-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tas-Sistema Armonizzata, moqrija flimkien man-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 tal-istess Sistema Armonizzata, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-albumina tad-demm, li fiha nnfisha ma għandha l-ebda effett terapewtiku jew profilattiku, iżda li ġiet ippreparata bil-għan ta’, u hija indispensabbli għall-preparazzjoni tal-prodotti li għandhom effett profilattiku jew terapewtiku, u li, min-natura tagħha, tista’ tintuża biss għal dan il-għan, ġiet ippreparata għal użu terapewtiku jew profilattiku fis-sens ta’ din in-nota?
Full & Egal Universal Law Academy