27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/19
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-33/09 — Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-292/11 P)
2011/C 252/34
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, P. Costa de Oliveira u M. Heller, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-33/09, Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni;
—
tiddeċiedi definittivament dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u li kienu s-suġġet tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll tiċħad ir-rikors tar-Repubblika Portugiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Novembru 2008 dwar l-irkupru tal-pagamenti ta’ penalità;
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi, (i) billi interpretat b’mod żbaljat kemm il-kompetenzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija skont l-Artikolu 260(2) TFUE, kif ukoll il-kompetenzi tagħha stess li tivverifika l-aġir tal-Kummissjoni, (ii) billi ddeċidiet, fis-sentenza kkontestata, abbażi ta’ qari parzjali tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-2004, li kien hemm nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, u b’hekk kisret l-Artikolu 260(2) TFUE. Barra minn hekk, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija, fi kwalunkwe każ, ivvizjata bi żball ta’ liġi, peress li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, billi ddeċidiet abbażi ta’ motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja li l-Kummissjoni kienet eċċediet il-limiti tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hekk kif ġie kkonstatat mill-istess Qorti tal-Ġustizzja.
Full & Egal Universal Law Academy