13.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/11
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-297/11)
2011/C 238/16
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Chatzigianni u A. Margeli)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara li, billi sat-22 ta’ Diċembru 2009, ma stabbilixxietx il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara (kemm għal dawk id-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha kemm huma fi ħdan it-territorju tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali), u billi ma bagħtitx kopji tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Marzu 2010, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13(1), (2), (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma. Barra minn hekk, billi ma nidietx proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku marbuta mal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara sat-22 ta’ Diċembru 2008, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 14(1)(ċ) tal-istess direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Fl-ewwel lok, taħt l-Artikoli 13(1), (2), (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu, sat-22 ta’ Diċembru 2009, pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara (kemm għal dawk id-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha kemm huma fi ħdan it-territorju tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali) u kellhom jibgħatu kopji ta’ dawn il-pjanijiet lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Marzu 2010.
Mill-informazzjoni pprovduta sa issa mir-Repubblika Ellenika lill-Kummissjoni jirriżulta li l-imsemmi Stat Membru għadu ma stabbilixxa l-ebda pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara (kemm għal dawk id-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha kemm huma fi ħdan it-territorju tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali) u għaldaqstant, evidentement, għadha ma bagħtet l-ebda kopja lill-Kummissjoni. Minn dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq kemm l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1), (2), (3) u (6) tad-Direttiva kif ukoll l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva.
Fit-tieni lok, taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tal-istess direttiva, l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jissottomettu l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara għall-osservazzjonijiet tal-pubbliku sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2008.
Mill-informazzjoni pprovduta sa issa mir-Repubblika Ellenika lill-Kummissjoni jirriżulta li din il-proċedura għadha ma nbdietx. Minn dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275
Full & Egal Universal Law Academy