27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Laura Marsella, Simonetta Schettini, Sabrina Tomassini vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
(Kawża C-305/11)
2011/C 252/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Laura Marsella, Simonetta Schettini, Sabrina Tomassini
Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Domandi preliminari
(1)
Il-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE (1), li tipprovdi li “[k]walifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi [għal raġunijiet] oġġettivi”, meta moqrija flimkien mal-klawżola 5, kif diġà ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li skont din, il-leġiżlazzjoni Taljana li, fl-impjieg pubbliku, tipprojbixxi l-konverżjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol minn wieħed għal żmien determinat għal wieħed għal żmien indeterminat, hija leġittima, tipprekludi s-sistema nazzjonali tal-istabilizzazzjoni tal-impjiegi prekarji (Artikolu 1, paragrafu 519 tal-liġi Nru 296/2006) li ppermettiet l-ingaġġ dirett għal żmien indeterminat tal-ħaddiema li jkunu diġà ingaġġati, b’deroga għar-regola tal-kompetizzjoni ġenerali, iżda bit-tixjin tal-anzjanità miksuba fl-attività għal żmien determinat, jew, min-naħa l-oħra, it-telf tal-anzjanità prevista mil-leġiżlatur nazzjonali taqa’ taħt id-deroga ġġustifikata “fuq bażi [għal raġunijiet] oġġettivi” li għandha terġa titqajjem f’każ ta’ ħtieġa sabiex jiġi evitat li l-integrazzjoni tal-ħaddiema prekarji fil-kuntest permanenti ma jkunx ta’ detriment għall-ħaddiema li huma diġà permanenti, li jkun il-każ jekk il-ħaddiema prekarji jżommu l-anzjanità miksuba?;
(2)
Il-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE, li tipprovdi li “[k]walifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi [għal raġunijiet] oġġettivi”, meta moqrija flimkien mal-klawżola 5, kif diġà ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li skont din, il-leġiżlazzjoni Taljana li, fl-impjieg pubbliku, tipprojbixxi l-konverżjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat għal wieħed għal żmien indeterminat hija leġittima, tipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali li, bla ħsara għall-ksib tal-anzjanità matul ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat, tipprevedi t-tmiem tal-kuntratt għal żmien fiss u l-bidu ta’ kuntratt ġdid għal żmien indeterminat, differenti minn dak preċedenti u mingħajr konservazzjoni tal-anzjanità miksuba (Artikolu 1, paragrafu 519, tal-liġi Nru 296/2006)?
(1) ĠU L 175, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy