13.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/12
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 minn XXXLutz Marken GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-54/09 — XXXLLutz Marken GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-proċeduri: Natura Selection S.L.
(Kawża C-306/11 P)
2011/C 238/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: XXXLutz Marken GmbH (rappreżentant: H. Pannen, avukat)
Partijiet oħra fil-proċeduri:
—
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
—
Natura Selection S.L.
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi sostniet li kien hemm xebh bejn is-sinjali “Linea Natura hat immer Stil” u “natura selection” sempliċement abbażi tal-element verbali “natura” li huwa inkluż fiż-żewġ sinjali. Madankollu, dan l-element verbali ma huwiex element dominanti fit-trade mark preċedenti.
Fl-evalwazzjoni tagħha tax-xebh bejn is-sinjali, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq premessa ta’ komprensjoni legalment żbaljata tal-kunċetti ta’ “karattru distintiv” u ta’ “karattru deskrittiv”.
Barra minn hekk, l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali rigward ix-xebh tas-sinjali huma kontradittorji u f’dan ir-rigward, huma nieqsa minn motivazzjoni.
Barra minn dan, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta tat deċiżjoni dwar is-sentenza appellata. Kuntrarjament għall-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, l-appellanti stabbilixxiet, kemm fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell, kif ukoll fir-rikors tagħha, li hemm relazzjoni bejn il-prodotti inkwisjtoni u l-element verbali “natura”.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy