24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ġunju 2011 — Chemische Fabrik Kreussler & Co. GmbH vs John O. Butler GmbH
(Kawża C-308/11)
2011/C 282/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Chemische Fabrik Kreussler & Co. GmbH
Konvenuta: John O. Butler GmbH
Domandi preliminari
(1)
Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “azzjoni farmakoloġika” fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KEE (1), fil-verżjoni tad-Direttiva 2004/27/KE (2), huwa possibbli li jsir riferiment għal-linja gwida ta’ distinzjoni bejn prodotti mediċinali u mezzi mediċi “Medical Devices: Guidance document” li tirrikjedi li jkun hemm interazzjoni bejn il-molekuli tas-sustanza inkwistjoni u kostitwent ċellolari, ġeneralment ikklassifikat bħala riċevitur, li jew tikkawża reazzjoni diretta jew tibblokka r-reazzjoni ta’ aġent ieħor?
(2)
Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: il-kunċett ta’ “azzjoni farmakoloġika” jirrikjedi li jkun hemm interazzjoni bejn il-molekuli tas-sustanza inkwistjoni u l-kostitwenti ċellolari tal-utent jew huwa suffiċjenti jekk ikun hemm interazzjoni bejn is-sustanza inkwistjoni u kostitwent ċellolari li ma jkunx jifforma parti mill-ġisem tal-bniedem?
(3)
Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv jew ebda waħda miż-żewġ definizzjonijiet proposti fit-tieni domanda ma hija applikabbli: liema definizzjoni alternattiva għandha tintuża minflok?
(1) Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).
(2) Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).
Full & Egal Universal Law Academy