10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/28
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2011 minn Longevity Health Products, Inc. kontra d-Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011 fil-Kawża T-96/11 — Longevity Health Products, Inc vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI)
(Kawża C-316/11 P)
2011/C 269/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors ippreżentat mill-kumpannija Longevity Health Products, Inc.;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011, T-96/11;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-digriet ikkontestat għandu jiġi annullat għar-raġunijiet li ġejjin:
—
Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa difettuż;
—
Il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-argumenti mressqa mid-detentur tat-trade mark.
Full & Egal Universal Law Academy