27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad — Varna (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Ġunju 2011 — “Digitalnet” OOD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsi Varna
(Kawża C-320/11)
2011/C 252/45
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad–Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Digitalnet” OOD
Konvenut: Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsi Varna (direttur tal-post tad-dwana “Varna tal-Punent” fi ħdan id-dwana ta’ Varna)
Domandi preliminari
(1)
X’għandu jinfthiem b’“Internet”fis-sens tan-noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Unjoni Ewropea għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (1)), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda li tikkonċerna s-subtitli 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex oġġett jiġi kklasifikat taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?
(2)
X’għandu jinfthiem b’“mowdem” fis-sens tan-noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Unjoni Ewropea għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda li tikkonċerna s-subtitli 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex oġġett jiġi kklasifikat taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?
(3)
X’għandu jinfthiem b’“modulazzjoni” u “demodulazzjoni” fis-sens tan-noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Unjoni Ewropea għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda li tikkonċerna s-subtitli 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex oġġett jiġi kklasifikat taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?
(4)
Liema hija l-funzjoni prinċipali tal-apparat magħruf bħala modulu separat TF6100DC, li skontu għandha ssir il-klassifikazzjoni tat-tariffa: ir-riċeviment tas-sinjali tat-televiżjoni jew anki l-użu ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-internet?
(5)
Jekk il-funzjoni prinċipali tal-apparat magħruf bħala modulu separat TF6100DC jikkonsisti fl-użu ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv għall-finijiet tal-aċċess għall-internet, it-tip ta’ modulazzjoni u ta’ demodulazzjoni operati mill-modem u t-tip ta’ mowdem użat huwa importanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni tat-tariffa, jew inkella huwa sempliċement meħtieġ li jippermetti li jkun hemm aċċess għall-internet?
(6)
F’liema pożizzjoni u taħt liema kodiċi għandu jiġi kklassifikat apparat li jissodisfa d-deskrizzjoni tal-modulu TF6100DCC?
(7)
Jekk modulu separat li jwieġeb għad-deskrizzjoni tal-modulu TF6100DCC jiġi kklassifikat taħt is-subtitlu NM 8521 90 00, il-ġbir tad-drittijiet tad-dwana b’rata pożittiva hija legali skont id-dritt Komunitarju, sa fejn imur kontra obbligi tal-Komunità taħt il-parti II(b) tal-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ teknoloġija tal-informatika, taħt il-Ftehim Komunitarju fuq it-tariffi doganali u fuq il-kummerċ, jew il-klassifikazzjoni fil-pożizzjoni 8521 twassal sabiex jiġi konkluż li modulu separat, mudell TF6100DCC, jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tal-Ftehim fuq it-tariffi doganali u fuq il-kummerċ?
(1) ĠU L 291, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy