24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de A Coruña (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2011 — Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor vs Iberia, Líneas Aéreas de España SA
(Kawża C-321/11)
2011/C 282/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil de A Coruña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor.
Konvenuta: Iberia Líneas Aéreas de España S.A.
Domanda preliminari
Jista’ jiġi kkunsidrat li l-kunċett ta’ meta persuni ma jitħallewx jitilgħu msemmi fl-Artikolu 2(j) flimkien mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, jinkludi s-sitwazzjoni fejn il-kumpannija tal-ajru li tiżgura t-trasport ma tħallix persuna titla’ minħabba dewmien fl-ewwel titjira inkluża fil-biljett minħabba tort tal-kumpannija u li din tipprevedi b’mod żbaljat li l-passaġġieri mhux se jaslu fil-ħin għat-tieni titjira, u għalhekk tippermetti li l-postijiet ta’ dawn il-passiġġieri fuq it-tieni titjira jittieħdu minn passiġġieri oħra?
Full & Egal Universal Law Academy