24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/3
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-323/11)
2011/C 282/05
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Hadjiyiannis u U. Nielsen, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka
Talbiet
—
tikkonstata li, il-fatt li ma ppubblikax il-pjanijiet definiti ta’ ġestjoni tad-distrett idrografiku mhux aktar tard mit-22 ta’ Dicembru 2009 u ma bagħtx kopja tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-22 ta’ Marzu 2010 (1), u f’kull każ li jinforma lill-Kumissjoni bihom, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u
—
tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 13(1), (2), u (6) tad-Direttiva jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva mhux aktar tard mit-22 ta’ Dicembru 2009 u għandhom jibgħatu kopja tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-22 ta’ Marzu 2010.
Peress li ma għandhiex informazzjoni oħra li tippermettilha tikkonstata li l-miżuri neċessarji ittieħdu, il-Kummissjoni jkollha tiddeduċi li d-Danimarka għadha ma adottatx id-dispożizzjonijiet tagħha u b’hekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.
Full & Egal Universal Law Academy