10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koszalinie (Repubblika tal-Polonja) fit-28 ta’ Ġunju 2011 — Krystyna Alder u Ewald Alder vs Sabina Orłowska u Czesław Orłowski
(Kawża C-325/11)
2011/C 269/56
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Koszalinie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Krystyna Alder, Ewald Alder
Konvenuti: Sabina Orłowska, Czesław Orłowski
Domandi preliminari
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (1) u l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa possibbli li jiġu inklużi fil-proċess tal-kawża, b’tali mod li jitqiesu li ġew innotifikati, dokumenti tal-qorti indirizzati lil parti li d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħha jkunu fi Stat Membru ieħor, jekk dik il-parti naqset milli taħtar rappreżentant li huwa awtorizzat li jaċċetta n-notifika u li huwa domiċiljat fl-Istat Membru fejn ikunu qegħdin iseħħu l-proċedimenti tal-qorti?
(1) Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy