10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof Van Cassatie (il-Belġju) fit-30 ta’ Ġunju 2011 — ProRail NV vs Xpedys NV et
(Kawża C-332/11)
2011/C 269/59
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof Van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ProRail NV
Konvenuta:
Xpedys NV
FAG Kugelfischer GmbH
DB Schenker Rail Nederland NV
Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV
Domanda preliminari
L-Artikoli 1 u 17 tarRegolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (1), tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali għandhom, fid-dawl b’mod partikolari tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji f’materji ċivili u kummerċjali kif ukoll tal-prinċipju li jgħid li d-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru huma rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr forma oħra ta’ proċedura, prinċipju stabbilit fl-Artikolu 33(1) tar-regolament dwar il-ġurisdizzjoni (2), jiġu interpretati fis-sens li l-qorti li tordna inkjesta ġudizzjarja fdata lil espert li l-missjoni tiegħu għandha tiġi eżegwita parzjalment fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn tinsab il-qorti, iżda wkoll parzjalment fi Stat Membru ieħor għandu, għall-eżekuzzjoni diretta ta’ din l-aħħar parti, unikament u għalhekk esklużivament juża l-proċedura stabbilita mir-regolament iċċitat iktar ’il fuq u msemmija fl-Artikolu 17 jew għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-espert maħtur minn dan l-Istat jista’ jkun ukoll, barra mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, responsabbli għall-inkjesta li għandha ssir parzjalment fi Stat Membru ieħor fl-Unjoni Ewropea?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy