24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/4
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2011 minn Lancôme parfums et beauté & Cie kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
(Kawża C-334/11 P)
2011/C 282/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, J. Pagenberg, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 u d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tad-29 ta’ Lulju 2008 fil-Każ R 1796/2007-1.
—
tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade marks u wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li fil-kawża ineżami l-perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni li fih għandu jitwettaq użu ġenwin mit-trade mark preċedenti Ġermaniża FOCUS li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għal ACNO FOCUS beda jiddekorri biss mit-13 ta’ Jannar 2004.
L-appellanti ma tikkontestax il-konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni. Filwaqt li l-appellanti ma taqbilx ma’ din il-konstatazzjoni, hija tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi.
Full & Egal Universal Law Academy