10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fl-1 ta’ Lulju 2011 — HK Danmark, fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Lone Skouboe Werge vs Pro Display A/S (falluta)
(Kawża C-337/11)
2011/C 269/63
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Sø- og Handelsretten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HK Danmark, fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Lone Skouboe Werge
Konvenuta: Pro Display A/S (falluta)
Domandi preliminari
(1)
(a)
It-terminu “diżabbiltà” fis-sens tad-Direttiva, huwa applikabbli għal kull persuna li, minħabba defiċjenzi fiżiċi, mentali jew psikoloġiċi, ma tistax tagħmel ix-xogħol tagħha matul perjodu li jissodisfa l-kundizzjoni dwar tul ta’ żmien imsemmi fil-punt 45 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju, 2006, Navas (1), jew li tista’ tagħmel dan b’mod limitat?
(b)
kundizzjoni kkawżata minn marda medikament ikkunsidrata bħala inkurabbli tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ diżabbiltà fis-sens tad-Direttiva?
(c)
kundizzjoni kkawżata minn marda medikament ikkunsidrata bħala kurabbli tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ diżabbiltà fis-sens tad-Direttiva?
(2)
Diżabbiltà permanenti li ma teħtieġx l-użu ta’ tagħmir speċjali jew ieħor u li tirriżulta prinċipalment fil-fatt li l-persuna li tkun diżabbli ma tkunx tista’ taħdem full-time, taqa’ taħt il-kunċett ta’ diżabbiltà fis-sens tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2)?
(3)
It-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol jista’ jkun waħda mill-miżuri previsti mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78?
(4)
Id-Direttiva 2000/78 tipprekludi l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li biha min iħaddem jista’ jtemm il-kuntratt ta’ impjieg b’notifika minn qabel imnaqqsa jekk il-ħaddiem, li għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu diżabbiltà fis-sens tal-imsemmija direttiva, kien fuq leave tal-mard bi ħlas għal 120 jum b’kollox matul l-aħħar tnax-il xahar meta:
(a)
l-assenzi tal-ħaddiem huma l-konsegwenza tad-diżabbiltà tiegħu?
jew
(b)
l-assenzi tal-ħaddiem huma dovuti għall-fatt li min iħaddem naqas milli jieħu l-passi konkreti meħtieġa sabiex persuna b’diżabbiltà tkun tista’ twettaq l-impjieg tagħha?
(1) Kawża C-13/05, Ġabra p. I-6467.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 4 p. 79
Full & Egal Universal Law Academy