10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/35
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal aministratif de Montreuil (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2011 — SICAV GA Fund B vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État
(Kawża C-346/11)
2011/C 269/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal aministratif de Montreuil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SICAV GA Fund B
Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État
Domandi preliminari
(1)
Is-sitwazzjoni tad-detenturi ta’ azzjonijiet għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, flimkien ma’ dik tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)?
(2)
F’dan il-każ, liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom it-taxxa f’ras il-għajn ikkontestata tista’ titqies bħala li hija konformi mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital?
Full & Egal Universal Law Academy