27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/26
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-352/11)
2011/C 252/48
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li, billi naqset milli tagħti permessi skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Direttiva IPPC), sabiex tikkunsidra mill-ġdid jew jekk neċessarju ġġedded u tiċċekkja l-konformità ta’ permessi eżistenti, bil-għan li tiżgura li l-installazzjonijeit eżistenti kollha joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva IPPC, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva IPPC;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva IPPC, b’effett mit-30 ta’ Ottubru 2007, “installazzjonijiet eżistenti” fis-sens tad-direttiva jeħtieġu permess.
Skont l-informazzjoni li hija attwalment disponibbli lill-Kummissjoni, matul iż-żmien rilevanti mhux l-“installazzjonijiet eżistenti” kollha stabbiliti fl-Awstrija kellhom il-permess neċessarju.
Full & Egal Universal Law Academy