27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/26
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-353/11)
2011/C 252/49
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, M. Thomannová-Körnerová, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/5/UE, tat-8 ta’ Frar 2010, li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-akrolein ikun inkuż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fl-ordinament ġuridiku nazzjonali skada fil-31 ta’ Awwissu 2010.
(1) ĠU L 36, p. 24
Full & Egal Universal Law Academy