24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Lulju 2011 — G. Brouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
(Kawża C-355/11)
2011/C 282/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: G. Brouwer
Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva 91/629/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kundizzjonijiet amministrattivi statutorji, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), li jirriżultaw minnha japplikaw ukoll għal għoġġiela li bidwi jżomm fil-kuntest tal-produzzjoni tal-ħalib?
(2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, il-fatt li, fi Stat Membru, din id-direttiva hija implementata permezz ta’ leġiżlazzjoni li, madankollu, testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet għal tali għoġġiela jikkostitwixxi raġuni sabiex jiġi kkunsidrat, f’dan l-Istat Membru, li fil-każ ta’ ksur ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandhom jitnaqqsu jew jiġu esklużi [il-pagamenti diretti] abbażi tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003?
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1991, li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 12, p. 144),
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE[E]) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).
Full & Egal Universal Law Academy