10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/36
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fis-7 ta’ Lulju 2011 — O, S vs Maahanmuuttovirasto
(Kawża C-356/11)
2011/C 269/74
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: O, S
Konvenuta: Maahanmuuttovirasto
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi li permess ta’ residenza jiġi rrifjutat lil ċittadin ta’ pajjiż terz minħabba li ma jkollux mezzi ta’ għajxien, f’sitwazzjoni tal-familja fejn il-konjuġi tiegħu għandha kustodja ta’ wild li huwa ċittadin tal-Unjoni u fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ma huwiex wieħed mill-ġenituri ta’ dan il-wild u lanqas persuna li għandha d-dritt ta’ kustodja?
(2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-impatt tal-Artikolu 20 TFUE huwa evalwat b’mod differenti meta ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr permess ta’ residenza, il-konjuġi tiegħu u l-wild li jinsab taħt il-kustodja ta’ dan tal-aħħar u li għandu ċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jgħixu taħt l-istess saqaf?
Full & Egal Universal Law Academy