10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/36
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fis-7 ta’ Lulju 2011 — Maahanmuuttovirasto vs L
(Kawża C-357/11)
2011/C 269/75
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maahanmuuttovirasto
Konvenut: L
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi li permess ta’ residenza jiġi rrifjutat lil ċittadin ta’ pajjiż terz minħabba li huwa ma jkollux mezzi ta’ għixien, f’sitwazzjoni familjari fejn il-konjuġi tiegħu għandu l-kustodja ta’ wild li huwa ċittadin tal-Unjoni u fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ma huwiex ġenitur ta’ dan il-wild, ma għandux id-dritt ta’ kustodja u lanqas ma għadu jgħix mal-konjuġi tiegħu jew ma’ dan il-wild?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-impatt tal-Artikolu 20 TFUE jiġi evalwat b’mod differenti meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr permess ta’ residenza u li ma huwiex residenti fil-Finlandja, għandu, mal-konjuġi tiegħu, wild li għandu ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, residenti fil-Finlandja u mqiegħed taħt il-kustodja konġunta taż-żewġ ġenituri tiegħu?
Full & Egal Universal Law Academy