22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Alexandra Schulz vs Technische Werke Schussental GmbH u Co.KG
(Kawża C-359/11)
2011/C 311/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alexandra Schulz
Konvenuta: Technische Werke Schussental GmbH u Co.KG
Domandi preliminari
L-Artikolu 3(3) moqri flimkien mal-punti (b) u/jew (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tirrigwarda r-reviżjoni tal-prezzijiet f’kuntratti ta’ provvista ta’ gass naturali konklużi ma’ klijenti domestiċi, li jirċievu l-provvisti fl-ambitu tal-obbligu ġenerali ta’ provvista (klijenti suġġetti għal tariffa standard), tissodisfa r-rekwiżiti marbuta mal-grad neċessarju ta’ trasparenza jekk, għalkemm ir-raġuni, ir-rekwiżiti u l-portata ta’ reviżjoni ma jirriżultawx fiha, il-klijenti jkunu madankollu żgurati li l-impriża tad-distribuzzjoni tal-gass tinformahom minn qabel, permezz ta’ preavviż raġonevoli, b’kull żieda fil-prezz, u dawn ikunu liberi li jirrexxindu l-kuntratt fil-każ li ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet ġodda nnotifikati lilhom?
(1) ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.
Full & Egal Universal Law Academy