24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fil-11 ta’ Lulju 2011 — Déborah Prete vs Office national de l’emploi
(Kawża C-367/11)
2011/C 282/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Déborah Prete
Konvenut: Office national de l’emploi
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 12, 17, 18, u sa fejn huwa neċessarju, 39 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fil-verżjoni kkonsolidata f’Amsterdam fit-2 ta’ Ottubru 1997, jipprekludu dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li, bħall-inċiż (j) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tad-deċiżjoni rjali Belġjana tal-25 ta’ Novembru 1991 dwar ir-regolazzjoni tal-qagħad, tissuġġetta d-dritt għall-allowances ta’ stennija ta’ żagħżugħ, ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li ma jkollux il-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 39 tat-Trattat, li jkun wettaq l-istudji sekondarji fl-Unjoni Ewropea imma mhux fi stabbiliment ta’ tagħlim organizzat, iffinanzjat jew irrikonoxxut minn wieħed mill-komunitajiet tal-Belġju u li jkun kiseb jew ċertifikat maħruġ minn waħda minn dawn il-komunitajiet li jistabbilixxi l-ekwivalenza ta’ dawn l-istudji għal ċertifikat ta’ studji, maħruġ mill-bord kompetenti ta’ waħda minn dawn il-komunitajiet għall-istudji mwettqa f’dawn l-istabbilimenti ta’ tagħlim Belġjani, jew ċertifikat li jagħti aċċess għall-edukazzjoni ogħla, għall-kundizzjoni li dan iż-żagħżugħ qabel ikun segwa sitt snin ta’ studji fi stabbiliment ta’ tagħlim organizzat, iffinanzjat jew irrikonoxxut minn wieħed mill-komunitajiet tal-Belġju, jekk din il-kundizzjoni tkun esklużiva u assoluta?
(2)
Fil-każ li dan huwa minnu, iċ-ċirkustanzi li ż-żagħżugħ imsemmi fl-ewwel domanda, li ma jkunx segwa sitt snin ta’ studji fi stabbiliment ta’ tagħlim Belġjan, ikun jirrisjedi fil-Belġju mal-konjuġi Belġjana tiegħu u jkun irreġistrat bħala persuna li tfittex ix-xogħol ma’ dipartiment Belġjan tal-impjiegi, jikkostitwixxu elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata r-rabta taż-żagħżugħ mas-suq tax-xogħol Belġjan, fid-dawl tal-Artikoli 12, 17, 18 u, jekk ikun il-każ, 39 tat-Trattat? Sa fejn għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul ta’ dawn il-perijodi ta’ residenza, ta’ żwieġ u ta’ reġistrazzjoni bħala persuna li tfittex ix-xogħol?
Full & Egal Universal Law Academy