10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/38
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fit-13 ta’ Lulju 2011 — Panellinios Syndesmos Viomichanion Metapoiisis Kapnou vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon
(Kawża C-373/11)
2011/C 269/78
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Panellinios Syndesmos Viomichanion Metapoiisis Kapnou.
Konvenuti: Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon.
Domanda preliminari
L-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 1782/2003, li permezz tiegħu l-Istati Membri huma awtorizzati jistabbilixxu — fil-limitu ta’ 10 % tal-komponent tal-“limitu nazzjonali” previst fl-Artikolu 41 u b’osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 69(3) — rati ta’ konservazzjoni differenti għall-għoti ta’ għajnuna supplementari lill-produtturi, huwa kompatibbli, sa fejn jawtorizza din id-distinzjoni tar-rata ta’ konservazzjoni, mal-Artikoli 2 KE, 32 KE u 34 KE, kif ukoll mal-għanijiet ta’ garanzija ta’ dħul stabbli għall-produtturi u ta’ konservazzjoni taż-żoni rurali?
Full & Egal Universal Law Academy