24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/13
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-374/11)
2011/C 282/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, I. Hadjiyiannis, A. Marghelis, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-188/08, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260 TFUE;
—
tordna lill-Irlanda sabiex tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ EUR 4 771,20, immultiplikata bl-ammont ta’ ġranet bejn id-deċiżjoni fil-Kawża C-188/08 u d-deċiżjoni fil-kawża preżenti (jew konformità kompleta mill-Irlanda mad-deċiżjoni fil-Kawża C-188/08, jekk din tinkiseb waqt li din il-kawża tkun għadha pendenti);
—
tordna lill-Irlanda sabiex tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 26 173,44, mid-data tad-deċiżjoni fil-kawża preżenti sad-data li fiha l-Irlanda tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni fil-Kawża C-188/08;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Għaddew iktar minn sena u nofs minn meta ngħatat id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-188/08. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan kien żmien suffiċjenti sabiex l-Irlanda tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, hija tinnota li l-Irlanda ddikjarat li kellha l-intenzjoni tadotta l-leġiżlazzjoni neċessarja sal-aħħar tal-2010. Madankollu, dan ma twettaqx u l-Irlanda ma tidhirx li waslet sabiex tilħaq konformità kompleta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
Full & Egal Universal Law Academy